|
SOĊJETA’ FILARMONIKA SANTA MARIJA Diskors tal-President – Laqgħa Ġenerali 2009/2010 – 7 ta’ Marzu 2010. Sħabi tal-Kumitat, u sħabi membri tas-Soċjeta`Filarmonika Santa Marija, Bħal kull sena ltqajna biex neżaminaw x’għamlet is-soċjeta’ Filarmonika Santa Marija fl-aħħar sena. Dis-sena qed niltaqgħu għal din il-laqgħa ġenerali annwali skont l-Istatut, aktar tard mis-soltu minħabba d-dizgrazzja li laqtitna nhar l-24 ta’ Ottubru 2009 fil-kamra tan-nar u b’mod speċjali l-mewt ta’ seħibna ż-żgħażugħ Mario Farrugia. Ġa la darba l-laqgħa annwali qed issir illum, ġie deċiż mill-kumitat li kemm ir-rapport amministrattiv u kemm ir-rapport finanzjarju ser ikopru l-perjodu min Ottubru 2008 sa l-aħħar tas-sena 2009, jiġifieri perjodu ta’ tlett xhur aktar. Kulħadd kien jaqbel li fiċ-ċirkostanzi kif ġraw, moħħna kien tqil wisq b’dak li ġara u żgur ma stajniex nibqgħu għaddejjin bil-kalendarju li kellna. Dan apparti r-rispett sħiħ għall-valur tal-ħajja – ħajja żagħżugħa li kellha tintemm hekk għal għarrieda fil-fjur tagħha! Huwa veru li bħal meta jkun hemm luttu fil-familja, minkejja n-niket kollu, il-ħajja trid tkompli. Imma għalina din kienet telfa li tibqa’ tagħfas fuq qalbna u żżommna aktar attenti f’kulma nagħmlu biex naraw li s-sens ta’ volontarjat u l-ħeġġa kollha għas-Soċjeta`, kollox isir b’għaqal biex żgur nevitaw ħsara jew – agħar u agħar – korrimenti jew telf ta’ ħajja! Is-sena li għaddiet ġabitilna wkoll it-telfa tal-maħbub Monsinjur Bartilmew Bezzina li għal diversi snin kien kappillan u wkoll benefattur kbir tas-Soċjeta`. Ħafna mill-ġmiel li naraw madwarna fil-Każin ifakkarna fil-qalb kbira ta’ Dun Bert – l-għażiż Arċipriet tal-Inkurunazzjoni. F’isimkom u flimkien magħkom u mal-Mostin kollha, is-Soċjeta` tagħna tagħtu t-tislima li tixraqlu u bqajna nakkumpanjawh sakemm radd ruħu lill-art f’raħal twelidu Ħal Għargħur! L-istess tislima s-Soċjeta’ tgħat fil-funeral ta’ seħibna Mario Farrugia. Is-sena li għaddiet tlifna wkoll benafattur Mosti u president onorarju tas-Soċjeta’ s-Sur Charles Vassallo, li ta’ kull sena kien jiġi Malta mill-Amerika biex igawdi l-festa ta’ Santa Marija, u ta’ kull sena kien iżurna hawn fil-każin u qatt ma naqqset id-donazzjoni tiegħu. Aħfruli jekk forsi ninstema xi ftit emozzjonat, imma bħali tħossu d-dieqa meta nitilfu lil xi ħadd minn fostna, minn din il-familja kbira u dejjem tikber tas-Soċjeta` Filarmonika Santa Marija! B’dawn is-sentimenti kollha, bħala President, ma nistax inħares lejkom illum bla ma nagħraf l-appoġġ u l-għajnuna kollha li tajtuna. Ta’ dan kollu u ta’ kulma tagħmlu ad unur is-Socjeta` u l-Mosta tagħna, nirringrazzjakom u naċċertakom li kull farka appoġġ u għajnuna hija dejjem apprezzata minn qalbna. Minkejja kollox, illum irridu wkoll niftakru fil-mumenti sbieħ li kellna tul l-2009, l-aktar matul il-granet tal-festa ta’ Marija Assunta. Minbarra l-impenji tas-soltu, bħalma huwa l-marċ popolari u l-ħruq ta’ nar artistiku u mekkaniżżat, kellna wkoll il-Kunċert kbir biex ifakkar ir-Rifondazzjoni tal-Banda. Il-ħila u l-klassi tas-surmast u tal-bandisti tagħna spikkat bl-akkumpanjament ta’ tant vuċijiet sbieħ li rrendew dan il-kunċert wieħed memorabbli, l-aktar fil-mument fejn inkixef l-abbozz tal-fibreglass ta’ l-istatwa ta’ Santa Marija maħduma mill-artist l-kavallier Fredu Camilleri Cauchi. Kellna wkoll ix-xow tan-nar ta’ l-ajru akkumpanjata bil-mużika, bl-isem Symphony Of Fire. Kienet l-ewwel darba li l-membri tan-nar telgħu din ix-xow kbira, xow li kienet suċċess u li saret mertu għal inizjattiva tal-membri kollha li jaħdmu n-nar. Ma nistax ninsa l-entużjażmu kbir li kien ikollu Mario meta kien jgħidilna waqt il-laqgħat tal-kumitat meta kien jirrakonta magħna l-programm għal din ix-xow mużikali. Il-ħidma li wettqet is-Sezzjoni Zgħazagħ tul is-sena kien wieħed kotran u ta’ min ifaħħru. Il-ħeġġa tagħhom hija xi ħaga li timliena b’kuraġġ kbir u kultant isservi wkoll ta’ tilqima tajba lilna tal-Kumitat biex nistinkaw iktar – ħafna drabi akkost sagrifiċċji li rridu nagħmlu anki għall-familji rispettivi tagħna u tagħkom. Imma ladarba intom ħtartuna biex immexxu, id-dmir tagħna hu li nservu u mmexxu biex – mhux biss is-soċi – imma l-Mostin kollha jgawdu minn dak li kapaċi tagħmel is-Soċjeta` tagħna tul is-sena kollha! Din is-sena, kif tafu, skond l-istatut f’din il-laqgħa ġenerali ma kienx imiss li ssir elezzjoni għall-membri tal-kumitat. Filwaqt li nirrangrazzjakom anki f’isem sħabi, naċċertakom li għal kumplament tas-sebgħa xhur li fadal biex nerġgħu niltaqgħu għal laqgħa ġenerali ta’ din is-sena, ħsiebna hu dejjem immirat u ffukat biex – f’kulma nagħmlu – naraw lis-Soċjeta` tissaħħah u tikber. Imma minkejja l-entużjażmu u d-determinazzjoni kollha tagħna, f’dak kollu li nagħmlu u nipprogrammaw irridu nuru wkoll rispett lejn min ħalliena. Kif forsi diga` tafu, din is-sena ħadna deċizjoni li, b’rispett lejn l-għażiż seħibna Mario, mhux se jkollna l-marċ tal-briju ta’ nhar il-festa filgħodu u l-anqas m’aħna se naħarqu nar ta’ l-ajru u ta’ l-art matul il-jiem kollha tal-festa. Ġie deċiż ukoll mill-kumitat li din is-sena l-programm mużikali u vokali li jsir f’Jum ir-Rifondazzjoni jitħassar. Din id-deċizzjoni ħadniha wara ħafna diskussjonijiet u opinjonijiet differenti, għalkemm fl-laqgħa li kelli ma l-Arċipriet, huwa wera l-opinjoni li billi ħassarna l-ħruq tan-nar u l-marċ brijuż ta’ filgħodu diġa qed nuru rispett kbir lejn Mario u messaġġ ċar ta’ solidarjeta. L-Arċipriet ma kienx ta’ l-opinjoni li l-programm għandu jitħassar ukoll. Nafu tajjeb li dawn huma tlett deċiżjonijiet iebsin għad-dilettanti li l-kumitat tas-Soċjeta’ kellu jieħu. Imma nafu wkoll li kemm bħala membri u ħbieb ta’ din is-Soċjeta`, kemm bħala Mostin u fuq kollox bħala insara, ir-rispett għandu jiġi dejjem l-ewwel! Ma tkunx ħaġa denja jekk niffesteġġjaw meta nafu li hemm qlub maqsuma, meta nafu li wieħed minn sħabna tilef ħajtu proprju meta kien qed jagħti sehmu għas-Soċjeta` u għall-festa tagħna l-Mostin! Aktar u aktar li bil-ħsara li ġarrabna fil-fabbrika tan-nar, l-ispejjez issa żdidulna ħafna u rridu naraw kif nirkupraw, insewwu u nibnu mill-gdid! Nibnu mill-ġdid mhux biss dak li ġgarraf, iżda nibnu mill-ġdid, flimkien moral u ħeġga aktar b’saħħithom, wara t-trawma kbira li lkoll għaddejna minnha. U għal dan nirringrazzja l-ħegga tal-voluntieri kollha u lil kull min għenna b’xi mod jew ieħor. Grazzi mill-qalb. Irrid ukoll insemmi l-fatt li tul l-aħħar sena, bħala waħda mill-ħafna baned Maltin, sibna ma’ wiċċna l-proposti tal-Kurja biex ikunu restawrati l-festi titulari u tradizzjonali tagħna. Bħala Soċjeta` aħna naqblu bis-sħiħ mal-moderazzjoni u d-dekor xieraq. Imma nittamaw bis-sħiħ u – nagħmlu ħilitna kollha biex dan ikun veru proċess ta’ restawr, mibni fuq konsultazzjoni xierqa u ftehim dinjituż għal kulħadd. Nittamaw li b’ebda mod ma jintuża biex jinqerdu tant tradizzjonijiet sbieħ jew biex titmewwet il-ħegga kbira ta’ tant nies voluntieri – tant zgħazagħ b’tant talenti – biex kull sena jkabbru l-festa Maltija! Miniex ser nidħol fid-dettal dwar l-affarijiet kollha li seħħew f’dawn il-ħmistax il-xahar għaliex dan ser jagħmlu is-segretarju ħabrieki li għandna fil-qari tar-Rapport Amministrattiv. Il-kaxxier tas-Soċjeta’ is-Sur Raymond Bonavia, ser jispjega fid-dettal is-sitwazzjoni finanzjarja tas-Soċjeta’. It-teżorier m’għandux rwol faċċli. Mhux kulħadd jarah ħelu meta kulħadd ikun jixtieq jagħmel dak kollu possibli għal-festa u għad-delizzju li dak li jkun ikun l-aktar miġbud lejh, sew jekk hux għal-banda, għan-nar jew l-armar. Pero, nista’ nassigurakom li Alla ħares ma jkunx hu li ma jħallix l-entużjażmu jiġri bina. Is-sitwazzjoni finanzjarja tal-każin m’hixiex waħda allarmanti sa l-aħħar, pero irridu nagħtu kasha. Irridu nagħmlu dak kollu possibli, lkoll flimkien, b’sagrifiċċji biex is-sitwazzjoni finanzjarja titjieb. Hemm bżonn ningħaqdu bil-parteċipazzjoni tagħkom f’aktar attivitajiet li s-Soċjeta’ torganiżża min żmien għal żmien. L-attivita li jmiss issa hija nhar l-11 ta’ April, ħadd fuq Ħadd il-Għid, fejn ser norganiżżaw Sunday lunch għal membri kollha. Aktar dettalji joħorġu fil-viċin qrib. Fl-aħħarnett, nixtieq nirringrazzja lil sħabi kollha fil-Kumitat tal-ħin u tal-ħegga tagħhom matul is-sena kollha. Nirringrazzja lis-Sezzjoni Żgħażagħ ta’ kulma jwettqu għas-Socjeta`, nirringrazzja lil Kummisjonijiet kollha fosthom tal-banda, tan-nar, tal-attivitajiet u tat-tisbiħ fil-każin, nirringrazzja lis-surmast Ray Sciberras, l-assistant surmast is-Sur Charles Mizzi , l-għalliem tar-ram is-Sur Jerremy Sultana, il-konsulent tal-banda is-Sur Saviour Spiteri, d-delegat tal-banda is-Sur Matthew Cassar, l-bandist tal-post li jieħu ħsieb l-arkivju mużikali s-Sur Mario Bugeja, il-webmaster u bandist tal-post tas-soċjeta’ is-Sur Mario Calleja, l-editur tal-annwal is-Sur Silvio Cassar u l-bosta ditti u kitteba li mingħajr s-sehem tagħhom l-annwal li toħroġ is-Soċjeta’ ma jkunx suċċess, nirringrazzja d-direttur spiritwali tas-Soċjeta’ l-Arċipriet Dun Mario Tong, l-awdituri tas-Soċjeta’ s-Sinjuri Carmelo Camilleri u Joe Fenech, il-fotografu tas-Soċjeta’ s-Sur Victor B. Caruana, l-bandisti tal-post u l-allievi, lil licencee’ tal-kamra tan-nar s-Sur Alfred Magri u l-futur licencee’ li għadu mhux uffiċjali s-Sur Edmond Saliba, nirringrazzja lil għaqdiet kollha Mostin u fl-aħħar u mhux l-inqas lilkom il-membri, ħbieb u familji Mostin li jagħtuna l-fiduċja u jkabbrulna l-kuraġġ biex naħdmu u nistinkaw dejjem aktar!
Grazzi lil kulħadd... u viva dejjem is-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija!
Perit Chris Grech President Filarmonika Santa Marija 7 ta’ Marzu 2010.
|
|
SOĊJETA’ FILARMONIKA SANTA MARIJA
Laqgħa Generali 7 ta’Marzu 2010 Rapport Amministrativ sena 2008-2009 (Ottubru 2008 sa Diċembru 2009) Il-Ħadd 19 ta’ Ottubru 2008 saret l-aħħar Laqgħa ġenerali, fejn f’din l-istess laqgħa kellu jinħatar kumitat ġdid. L-elezzjoni ma saritx minħabba l-fatt li ma kien hawn aktar persuni li ikkontestaw għal kumitat minn numru mitlub ta’ ħdax. F’dan il-perjodu saru total ta’ 16 il-laqgħa tal-Kumitat bi tlettax (13) minnhom jkunu dawk ufficjali (fejn ittieħdu l-minuti). Dan il-kumitat kompla jaħdem fejn ħalla l-kumitat preċedenti. Kull membru gie inkarrigat b’kariga sabiex b’hekk ix-xogħol tas-Soċjeta’ jkun maqsum fuq kulħadd. Il-Kummisjoniet ukoll jaħdmu b’dan l-għan fejn dawn huma ta’ għajnuna għal-kumitat ċentrali. Kullħadd jaħdem għal għan wieħed dak li nsaħħsu s-Soċjeta’ tagħna lkoll. Din is-sena kienet ukoll sena ta’ tigrib u nieket għas-Soċjeta’ fejn ġarrabna l-mewt tad-Direttur Spritwali tas-Soċjeta’ il-Monsinjur Bartolomew Bezzina nhar id-29 ta’ Marzu, il-qassies Mosti, Mons.Angelo Camilleri fit-12 ta’Lulju u l-President Onorarju tas-Soċjeta’ s-Sur Charles Vassallo nhar is-16 ta’ Ottubru. Dawn it-tlett persuni kienu ta’ għajnuna għas-Soċjeta’ tagħna f’diversi modi. Nistaw ngħidu wkoll li din is-sena nkitbet ukoll pagna sewda fl-istorja tas-Socjeta’ fejn nhar is-Sibt 24 ta’ Ottubru seħħ in`ċident ġewwa l-kamra tan-nar tas-Soċjeta’. F’dan l-n`ident sfortunatat korrew tlett membri li huma is-Sur Joe Mangion, is-Sur Edmond Saliba u l-membru tal-kumitat is-Sur Mario Farrugia. Is-Sur Mario Farrugia kien sortunat l-aktar -għaliex kellu b’madwar disg]in fil-mija ħruq f’ġismu. Wara battalja ta’ sitt gimg]at fl-ITU ta’ l-isptar Mater Dei, huwa tilef ħajtu. Zgur li kull wieħed minna hawn presenti qatt ma jista jinsa lil dan seħibna Mario, u zgur ukoll li n-nuqqas tiegħu inħass tassew, kemm bħala membru fil-kumitat kif ukoll bħala persuna li kien involut fil manifattura tax-xog]ol tan-nar. Nemmen ukoll li b]ala So`jeta’ ]adna skoss lura!! Mhux ħa nippredenti li stajna bqajna mexjin bl-istess ritmu, imma l-ħajja trid tkompli u bħala So`jeta’ irridu nergaw nirkupraw dawn it-telfiet li ġarrabna. Mħux faċli li tinsa meta tkun ġarrabt, imma flimkien irridu ner[aw nibnu dik l-fiduċja li kellna u nkomplu naħdmu l-quddiem.
Filarmonika It-tagħlim mużikali tkompla wkoll fejn huma diversi dawk l-istudenti li qed jattendu għat-tagħlim li huwa offrut lilhom mis-Soċjeta’ mingħajr ħlas. Apparti t-tagħlim lil-bandisti u l-allievi, kull nhar ta’ Tlieta ta’ kull ġimgħa qed isir kun`ert mil-Assistent Surmast tas-Soċjeta’ is-Sur Charles Mizzi. Il-Banda Santa Marija matul il-perjodu Ottubru 2008 Dicembru 2009 kellha diversi impenji. Is-Soċjeta’ spiċcat is-sena 2008 bis-Saggio nhar it-12 ta’ Dicembru, fejn l-allievi tas-soċjeta’ jkunu l-protogonisti tas-serata u bil-quddiesa tal-Milied nhar 21 ta’ Dicembru flimien mal-kor ta’ Santa Margerita. Min-na]a tas-sehem bandistiku is-sena 2009 bdiet l-ewwel impenn mużikali billi nhar it-Tlieta 31 ta’Marzu il-banda ]adet sehem fil-korteo funebri tad-Direttur Spiritwali tas-Soċjeta’ il-Monsinjur Bartilmew Bezzina. Dan il-korteo sar qabel il-quddiesa mill-kappella ta’ San Anard sar-Rotunda. Wara l-quddiesa l-banda tas-So`jeta’ akkumpanjat b’mar`i funebri min fuq iz-zuntir tar-Rotunda sa quddiem l-ka\in fejn ing]ata l-aħħar tislima u kompliet l-korteo sa Triq l-Kbira fejn sellmet g]al- a]]ar darba lil Monsinjur. Nhar l-10 ta’April, f’jum il-Gimgħa l-Kbira, il-banda Santa Marija daqqett marċi funebri quddiem l-istatwa tat-Tradiment. Propju din is-sena, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni Banda ġie imżanżan librett ġdid, b’sett marċi funebri mil-isbaħ. Kien hemm marċi li kienu regalati lis-soċjeta’ kif ukoll oħrajn li kienu fl-arkivji tas-Soċjeta’. L-ispiża ta’ dawn il-marċi ġodda nkluż l-ispejjez biex saru l-libretti nkluż il-qoxra u l-plastik ghadhom qed jiġu miġbura. Madankollu dawn ma sarux a spejjeż tas-Soċjeta’. Matul l-istagun Sajfi , is-Soċjeta kienet inpenjata ukoll b’daqq ta’ marċi Brijuzi f’diversi festi. Dawn huma, San Guzepp Ħal-G]axaq, Santissima Trinita Marsa, Qalb ta’Marija Burmarrad, festa tal-Karmnu gewwa l-Fgura, Sagra Familja f’ Burmarrad, Santa Venera g]al-festa ta’ Santa Venera, San Pawl l-Ba]ar g]al festa tal-Madonna Addolorata u fl-aħħar San Bert ġewwa Ħal-Għargħur. Fil-festa tal-lokal il-Banda tas-Soċjeta’ kellha l-ewwel sehem tag]ha nhar id-9 ta’Awwissu, Jum ir-Rifondazzjoni tas-Soċjeta’ fejn sar l-programm vokali u strumentali li jsir kull sena. Din is-sena ndaqqu diversi siltiet ta’ mużika li huma popoari man-nies. Silta popolari man-nies hija s-silta mil-film ‘Pearl Harbor’. Ma jistax jonqos li nkitbu siltiet ġodda għal dan il- programm mis-surmast tas-So`jeta’ Raymond Sciberras. Din is-sena żżanżnu tlett siltiet ġodda li huma ‘Doqqu Qniepen tar-Rotunda’ fuq lirika ta’ Alfred C. Sant, ‘Magnificat’ u ‘Silhoutte’. Dawn is-siltiet kienu rregalati mill-Onorevoli Tony Agius Decelis, l-Onorevoli Charlo Bonnici u ż-żew[ siltiet l-oħra mil-President tas-Soċjeta’. Kien donazzjonijiet oħra ta’ mużika waqt il-programm fosthom mill-Onorevoli Edwin Vassallo. Silta oħra ġdida li ndaqqet taħt id-direzzjoni tal-assistant surmast hija ‘Top Hits For Band’. Ndaqqet ukoll is-silta mużikali ferm popolari ‘L-G]anja Mostija’. B]as-snin ta’ qabel il-kantanti ma naqsux. Dawn kienu Ludwig Galea, Daniel Debono, Pamela u Eleanor Cassar. Il-poplu Mosti attenda għal dan il-programm bi ħġaru. Dan il-programm ta’ kull sena qed jkabbar l popolarita. Din is-sena dan il-programm reġgħa kien transmess dirett fuq it-televizzjoni , grazzi g]al sponsors ta’ ħwienet u ditti kemm lokali kif ukoll min barra l-Mosta. F’lejllet Santa Marija il-banda għamlet il-marċ ferm popolari u serju fi Triq il-Kungress Ewkaristiku. F’Jum l-Assunta l-banda hadet sehem bil-famuż mar` ta’ filgħodu, u filgħaxija, fost l-qofol ta’kollox il-banda ħadet sehem fil-purcissjoni ta’Santa Marija, fejn fil-ħruġ ta’ l-istatwa, il-kantant Ludwig Galea kanta flimkien mal-banda l-Ave Marija. Nhar it-Tnejn 7 ta’ Dicembru l-Banda Santa Marija daqqett mar`i funebri waqt il-korteo tal-funeral tal-membru tal-kumitat is-Sur Mario Farrugia. Il-korteo beda minn tarf Triq il-Kungress Ewkaristiku, b’waqfa ta’ tislima quddiem il-każin, sa fuq iz-zuntier. Waqt id-difna indaqqet ukoll fanfarrra minn xi bandisti. Is-Saggio li kien dejjem isir nhar it-12 ta’ Di`embru di is-sena tħassar minħabba l-mewt traġika li ġarrbet is-Soċjeta’ Anke id-dinner dance tal-Milied tħassar. Nhar il-Ħadd 20 ta’ Di`embru l-banda għalqet l-impenn mużikali tagħha għas-sena 2009 billi ħadet sehem fil-quddiesa tal-Milied ġewwa Rotunda b’daqq ta’ innijiet.
Piroteknika Is-Sezzjoni Piroteknika kellha wkoll sehem kbir fil-ħidma tas-Soċjeta’ fejn kienet ikkumissjonat bi ħdim ta’ nar kemm ta’ l-ajru kif ukoll f’xi rħula ta’ l-art għal festi ta’ Santa Venera, l-Bidnija, l-Manikata u San Girgor tas-Sliema. Sar ukoll bejgħ ta’ nar għal festa ta’ Santa Elena B’kara u għal festa tal-Wardija. Ġewwa l-Mosta sar ħdim ta’ nar għal festa ta’ Santa Marija, fejn is-Soċjeta’ kienet responsabli għal ħruq ta’ nar nhar id-29 ta’ Lulju li jiġI l-ħrug minn niċċa, nhar id-9 ta’Awwissu f’jum ir-Rifondazzjoni tas-Soċjeta’, matul il-[ranet tat-tridijiet li ji[u il-11,12 u t-13 ta’ Awwissu,u fl-aħħar il-qofol tal-ħidma kbira ntlahaq nhar l-14 ta’Awwissu, lejliet il-festa, fejn din is-sena kienet preżentata serata ta’ nar akkumpanjat bil-muzika, bl-isem ‘Symphony of Fire’. Dan il-programm kien apprezzat minn ħafna dilettanti li jiġu jżuruna fil-jiem tal-festa. Ta’ min jgħid illi l-ispejjeż biex ittella dan il-programm, apparti l-materjal biex inħadem in-nar ġew miġbura minn sponsors u membri dilettanti tas-Soċjeta’. Grazzi kbira tmur il-dawnin-nies. Il-kummissjoni Nar kienet responsabli wkoll għal ħruq ta’ salut fil-funerali ta’ Mons. Bartilmew Bezziena u s-Sur Mario Farrugia. Kif tafu minn wara l-accident li gara nhar l-24 ta’Ottubru, saru diversi ħsarat fil-bini tal-istess kumpless. Il-membri ħabbrieka tas-Soċjeta’ u l-istess membri li jaħdmu fil-manifatura tan-nar taw daqqa t’id sew fix-xogħol li sar ġewwa l-kumpless tan-nar. Kienu ukoll bosta dawk il-kumpaniji li taw kemm materjal jew ġew jagħmlu xogħol b’makkinarju. Illum nistaw ngħidu li sar ħafna xogħol ġewwa l-kumpless tan-nar. Fil-preżent it-tmexxija tal-kamra għadha taħt il-Licincee is-Sur Alfred Magri. Ta min jgħid li t-transfer għal fuq il-licencee l-ġdid li huwa s-Sur Edmond Saliba għadu ma darx minħabba li dan it-transfer għadu marbut ma l-inkjesta maġisterjali dwar l-inċident li ġara. Din l-inkjesta għadha mhix konkluża u għalhekk il-hidma piroteknika għadha s’issa wieqfa. Hawn nieħu l-okkazzjoni li nirringrazzja lil dawn il-membri li volontarjament ja]dmu nar, tas-sagrificcju li jagħmlu matul is-sena, fejn din is-sena kellhom igarrbu din it-telfa ta’Mario Farrugia, f’accident gewwa l-istess karma. Grazzi kbira tmur ukoll lejn in-nurses u tobba li taw l-almu tagħhom biex Mario jiġi mdewwi fi żmien li kien l-ITU.
Sezzjoni Żgħażagħ ta’ l-Istilla Huwa ferm inkoraġġanti l-fatt li f’każin jkollok Sezzjoni Żgħażagħ li taħdem u tgħin f’kull qasam tas-Soċjeta’. Dan nistaw ngħiduh bil-fatti, l-għaliex tul dawn l-għaxar snin li din is-Sezzjoni ilha mwaqqfa tat l-massimu ta’ għajnuna fil-ħidma tas-Soċjeta’. Aħna li rajna il-bidu ta’ din is-Sezzjoni wkoll nafu kemm sar xogħol. F’Jannar 2008, is-Sezzjoni ta’ l-Istilla reġgħat ħarget il-kalendarju tas-sena l-ġdida b’diversi ritratti. Mħux ħa nidħol fid-dettal tal-ħidma li saret għaliex dan ser tissimawh aħjar mis-Segretarju tas-Sezzjoni fir-rapport tiegħu.
Attivitajiet, Xogħol u Aktar….. Nibda billi insemmi l-website tas-Soċjeta’: www.filarmonikasantamarija.com Żġur li din hija ruħ ħajja -Soċjeta’ fejn ta’ kuljum tkun aġġornata bl-attivitajiet li jkunu ħa jsiru fil-futur, b’rittratti li jagħmlu wkoll parti mil-istorja. Għalhekk grazzi kbira tmur lil bandist u membru tas-Soċjeta’ is-Sur Mario Calleja tax-xog]ħl li jagħmel f’din il-website. L-Annwal 2009 rega kien ippublikat mill-Kummissjoni Pubblikazzjonijiet. F’din id-19 il-]arga nistg]u ng]idu li min sena g]al o]ra dejjem rajna titjib fuq il-kitba u l-prodott finali, ġrazzi tmur lil-artikolisti li dejjem jippreparaw kitba interresanti, lil ħwienet u stabbillimenti li jirreklamaw f’’kull pubblikazzjoni li toħrog is-Soċjeta’, kif ukoll lil- Editur tiegħu is-Sur Silvio Cassar u l-membri tal-kumitat li jiġbru r-reklami. Din is-sena, propju f’din is-sala, il-Kummissjoni Attivitajiet ttelghet il-wirja tal-pittur il-Kav. Paolo Camilleri Cauchi, bl-isem ‘Ta]t Saqaf Wieħed’. Din il-wirja ġiet miftuħa mill-Onorevoli Dr. Chris Said, u tbirket mil-arċipriet u direttur spiritwali tas-Soċjeta’ Dun Mario Tong. L-attendenza li saret din il-wirja kienet numeruża u ta’ inkorragiment sabiex fil-futur jsiru aktar wirjiet ta’ dan it-tip fuq suġġetti differenti. Attendew g]al ftuh ta’ din il-wirja diversi mistiedna distinti. Dak inhar tal-ftu] tal-wirja giet irregalata ukoll pittura tal-Mons. Bartilmew Bezzina mil-kaxxier tas-Soċjeta’ is-Sur Raymond Bonavia. Matul din il-wirja nbieg]u xi biċċiet ta’ pittura tal-pittur li parti mill-qliegħ tagħhom mar ghal-każin. Saret ukoll dekorazzjoni b’g]amara antika provduta minn Heritage Antiques, li ta’ donazzjoni lil każin talli pparte`ipa. Fil-ftuħ ta’ din il-wirja saru preżentazzjonijiet ta’ tifkira lil Arċipriet, pittur u l-Dr. Chris Said. Ipparteċipa b’diskors dwar il-pittur u x-xogħlijiet tieg]u s-Sur Joe G. M. Borg. Sar ktejjeb bil-kulur dwar il-pittur u x-xog]ol tiegħu b’mod speċjali ix-xogħol li sar għal-każin tas-Soċeta’. Nhar id-9 ta’ Awwissu ġiet inawgurata l-Istatwa ta’Santa Marija fil-fibre, maħduma mil-artist l-Kav. Alfred Camilleri Cauchi. Din setgħet tkun imgawdija meta fil-kumplament tal-granet tal-festa tpoggiet f’post prominenti fil-faccatta tal-każin. Din setgħet saret grazzi għad-donazzjoni tal-mibki direttur spiritwali l-Monsinjur Bartolomew Bezzina. Issa qegħdin jinġabru donazzjonijiet biex din l-istatwa tkun tista’ tinħadem fl-irħam.
Għeluq Nagħlaq dan ir-rapport amministrativ fejn f’isem il-kumitat nirringrazzja lil minn b’xi mod jew ie]or jagħti l-g]ajnuna tieg]u fil-]idma ta’ din is-So`jeta’, ħidma li ssir bla ]afna daqq tat-trombi. Il-kumitat qed hawn biex ifassal u ja]dem, pero il-kumitat ma jistax jimxi l-quddiem jekk intom ma tkunux warajna, hi x’inhi ic-cirkostanza tal-każin, kemm fit-tajjeb u kemm fil-ħazin. Aħna rridu l-għajnuna minn kulħadd sabiex il-prodott finali jkun dejjem ta’ su``ess. Dan dejjem jekk verament kull wie]ed minkom li hawn preżenti għandu għal qalbu din is-Soċjeta’. Li ma għandniex dubju li dan mħux il-kaz. Inħeġġeġ lil kulħadd sabiex tressqu aktar membri ġodda lejn is-So'jeta’ biex b’hekk inkomplu nkabbru din is-So'jeta’ u b’hekk is-Soċjeta’ tkompli tilħaqq l-għanijiet mixtieqa. Nixtieq niġbed l-attenzjoni biex min għadu ma hallasx it-tessera għas-sena 2010 jagħmel dan minnufih. Grazzi ħafna,
Eric Frendo, Segretarju.
|